FXDD Futsal Premier Division
Kampjonat Premier – Fl-aħħar taż-żewg ‘rounds’, l-ewwel 4 timijiet ser jikompetu fil- ‘playoffs’, dawk li jiġu fl-ewwel post jilgħabu kontra dawk li ġew fir-raba post u dawk li ġew fit-tieni post jilgħabu kontra dawk li ġew fit-tielet post. Il-‘playoffs’ u Il-finali tintlgħab fuq żewġ logħbiet. Ir-rebbieħ jiġi ddikjarat fuq it-total tar–riżultati ta’ żewġ logħbiet. It-timijiet fl-aħħar żewġ posiżżjonijiet jiġu relegati awtomatikament għal-Kamjonat tal-ewwel diviżjoni. https://fma.com.mt/fxdd-playoffs/
FXDD Futsal First Division
Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni – Fl-aħħar ta’ żewġ rounds l-ewwel żewġ timijiet jiġu awtomatikament promossi għal-Kampjonat Premier u it-timijiet fl-aħħar tlett posizzjonijiet jiġu relegati fil Kampjonat ta’ Tieni Diviżjoni.
FXDD Futsal Second Division
Kampjonat ta’ Tieni Diviżjoni – Fl-aħħar ta’ żewġ rounds l-ewwel tlett timijiet jiġu awtomatikament promossi għal-Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni u it-timijiet fl-aħħar tlett posizzjonijiet jiġu relegati fil-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni.
FXDD Futsal Third Division
Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni – Fl-aħħar taż-żewġ rounds l-ewwel tlett timijiet jiġu awtomatekament promossi għal- Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni.