Hibernians Champions of the FXDD Futsal Premier 2012/2013

Hibernians F.C vs Balzan F.C.

2-2 (5-0) Agg. 7-2

Hibernians: Chris Cassar, Branko Nisevic,Cedric Sciberras, Darren Agius, Melvin Borg, Tarek Io Nisevic,Cedric Sciberras, Darren Agius, Melvin Borg, brahim, Xavier Saliba, Giorgi Gerasimov (2), Blogovist Marev (1), Boicho Marev, Cain Agius.

Balzan: Matthew Xerxen, Carlo Scicluna, Nicola Delre, Gary Busuttil, Clint Cope, Florin Anton, Christian Micallef, Basil Emeka (1), Alexander Ribic (2), Peter Sammut, Reuben Grech, Glenn Bonello

Referee 1: Jude Amin Utulu
Referee 2: Pierre Bonnici
Referee 3: Adrian Caruana
Time Keeper: Robert Darmanin

Il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 2013, quddiem attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, f’Raħal Ġdid, intlagħbet it-tieni leg tal-finali tal-Play Offs tal-Kampjonat Premier tal-Futsal, bejn Hibernians u Balzan. F’ atmosfera festiva, preżenti kien hemm ukoll xi tfal mill-iskola tal-Futsal.

Kienu Hibernians li fetħu l-iskor permezz ta’ Blogovist Marev u aktar tard fl-ewwel taqsima Balzan, ġabu d-draw permezz ta’ Basil Emeka. Kienu Balzan imbagħad li marru momentarjament fil-vantaġġ b’gowl ta’ Alexander Ribic. Giorgi Gerasimov ta’ Hibernians għalaq l-iskor, b’riżultat finali ta’ 2-2. Balzan kellhom ukoll lejn l-aħħar tat-tieni taqsima jilgħabu ħames minuti b’żewġ plejers anqas, meta Glenn Bonnello u Clint Cope irċevew it-tieni karta safra
tagħhom.

Għalhekk Hibernians rebħu l-ewwel kampjonat Premier organizzat mill-Futsal Malta Association (FMA) b’aggregate ta’ 7-2. Wara l-partita it-tim ta’ Hibernians ġew ippremjati bil-midalji u t-tazza li ġiet mgħottija lilhom mis-Sur Donald Spiteri, President tal-FMA.

Stephen Azzopardi
Journalist / Commentator
Melita Sports
www.sportinmalta.com